L-intervista mal-avukat Ann Fenech, il-President tal-Eżekuttiv tal-PN L-avukat Ann Fenech qatt ma pparteċipat b'mod attiv fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista u dan minkejja li dejjem segwiet il-politika mill-qrib. Madankollu f'intervista mal-gazzetta ILLUM, Fenech ammettiet li wara t-telfa storika tal-Partit Nazzjonalista ħasset li kellha tagħti sehem ikbar fi ħdan il-Partit. Fenech fissret kif hi tinsab mimlija ħeġġa sabiex tara li l-PN ikun aħjar. "Dan huwa mument eċitanti ħafna għalija. Qed niltaqa' ma ’ bosta nies li f'ħajjithom qatt ma ressqu lejn l-istamperija u qed jikkontribwixxu ħafna lejn il-partit." Hi spjegat ukoll kif hemm persuni li kienu jmorru l-istamperija madwar għoxrin sena ilu mbagħad waqfu, u issa reġgħu bdew jattendu u jagħtu sehemhom. "Inw i egħdek li għamilna l-almu kollu sabiex nisimgħu lil kulħadd" Fis-sustanza sar ħafna xogħol L-avukat Ann Fenech "Saru ħafna...
Jerome Caruana Cilia
In context...