L-iskandli qed jitfgħu dell ikrah fuq pajjiżna Il-Prim Ministru għandu jpoġġi l-interessi nazzjonali qabel l-interessi personali, u għalhekk, biex insalvaw ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna, l-Prim Ministru għandu jwarrab. Din mhix ġlieda bejn in-Nazzjonalisti u l-Laburisti, iżda hi ġlieda bejn x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin, bejn is-sewwa u l-ħażin. Dan qalu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Parlament u Shadow Minister tal-Finanzi Mario de Marco waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata wkoll mix-Shadow Minister tal-Ekonomija Claudio Grech u l-Kelliema għas-Servizzi Finanzjarji, l-IT u l-Gaming Kristy Debono. Claudio Grech, Mario de Marco u Kristy Debono waqt il-konferenza tal-aħbarijiet Mario de Marco qal li l-inkwiet qiegħed dejjem jikber meta wieħed jara l-iskandli li issa laħqu l-ogħla livelli tal-Gvern - il-Prim Ministru, ċ-Chief of Staff u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru - rrappurtati fil-media ...
In context...